Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Ian Borg qal li meta wieħed iħossu differenti mill-oħrajn, m’għandux jaqta’ qalbu u għandu jibqa’ jagħti eżempju tajjeb anki jekk jaħseb li mhux qed jiġi nnutat.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Ian Borg u Luca Fenech. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 6, 20-26
“Henjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna ta’ Alla.
Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin.
Henjin intom li għalissa tibku, għax għad tithennew.
Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies jobogħdukom, jaqtgħukom minn magħhom, jgħajrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar