Quddiem iż-żieda tal-prezzijiet u b’konsegwenza tal-għoli tal-ħajja, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Arċidjoċesi saħqet li għandhom jingħataw allowances “lil dawk il-faxex ta’ nies li jew diġà jinsabu fil-livell ta’ faqar, jew li b’dawn iż-żidiet fil-prezzijiet se jaqgħu taħt il-livell tal-faqar”.
IL-ĠENSillum online hi infurmata li nhar il-Ħamis il-Kummissjoni ddiskutiet, fost ħwejjeġ oħra, il-qagħda ekonomika internazzjonali u l-impatt li din qed ikollha fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna u l-aktar fuq il-familji Maltin.
F’kumment li ta lil IL-ĠENSillum online wara din il-laqgħa, iċ-Chairperson Godfrey Leone Ganado, qal li l-Kummissjoni “tinsab imħassba ħafna fuq il-mod ta’ kif qegħdin jiżdiedu b’mod kontinwu l-prezzijiet taż-żejt u tal-ikel, b’mod speċjali tal-ġwież. Din is-sitwazzjoni internazzjonali qegħda tirrifletti f’żidiet fl-għoli tal-ħajja għal kulħadd u b’mod partikolari għal dawk il-persuni li jinsabu fuq il-marġini tal-faqar.
AGĦfAS HAWN biex tkompli taqra dan l-artiklu fuq is-sit www.il-gensillum.com