• ***

    Diretturi: Chad Stahelski u David Leitch
    Atturi: Keanu Reeves, Michael Nyqvist, Willem Dafoe, John Leguizamo
    Ħin: 101 minuti
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18

    John Wick kien assassin magħruf u brutali fil-mafja ta’ New York iżda telaq mill-ambjent tal-kriminalita’ u issa jinsab jgħix ħajja normali fil-kwiet fi New Jersey jibki l-mewt ta’ marthu. Xi ħadd, iżda, jisraqlu l-karozza u joqtollu l-kelb, u jsir jaf li dan  sar minn Iosef Tarasov, iben Viggo Tarasov, kap tal-mafja Russa fi New York u li qabel kien il-boss tiegħu. Wick jiddeċiedi li jivvendika ruħhu. Meta Viggo Tarasov isir jaf li Wick ġej għalih u għal ibnu, iqabbad għadd ta’ nies, fosthom xi wħud li qabel kienu ħbieb ta Wick, oħrajn sħabu u oħrajn għedewwa tiegħu, biex jippruvaw iwaqqfuh, iżda Wick joqtolhom kollha, sakemm jasal għat-Tarasovs.

    Film thriller t’azzjoni, bl-attur prinċipali Keanu Reeves fil-karattru ta’ John Wick, bniedem ta’ ftit kliem iżda t’azzjoni. Il-film fil-fatt ma tantx fih plot iżda huwa bbażat prinċipalment fuq azzjoni kontinwa. Fih ħafna vjolenza imdemmija permezz ta’ pistoli, skieken, u ġlied ta’ arti marzjali, trattament ħażin tal-Knisja u qassis, teħid ta’ droga, u kliem ħażin. Jgħodd għal udjenza adulta.