Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, is-soċju tal-Museum Joseph Falzon qal li l-għira hija virus sottili li rridu niqfulu mill-ewwel għax bih nistgħu nattakkaw lil ħafna nies madwarna mingħajr ma nindunaw.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Joseph Falzon u Clint Cauchi. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 4, 16-30
Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu msammra fuqu. U beda jgħidilhom: “Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu”. U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: “Dan mhuwiex bin Ġużeppi?”. Iżda hu qalilhom: “Żgur li se tgħidu għalija dan il-proverbju: “Tabib, fejjaq lilek innifsek; dak kollu li smajna li ġara f’Kafarnahum agħmlu hawn f’pajjiżek ukoll””. U żied jgħidilhom: “Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar