Bħala parti mill-attivitajiet ta’ ĠimgħaŻwieġ ser tiġi organizzata konferenza bit-tema ‘Bilanċ Xogħol – Familja: Possibbli?’. Din ser issir nhar il-Ħamis 16 ta’ Frar mis-6.30 p.m. sat-8.30 p.m. fil-Lukanda Phoenicia (Ballroom), Floriana. Il-kelliema prinċipali ser ikunu Dr Rita Borg Xuereb, President tal-Kummissjoni Djoċesana Familja, u s-Sur Joseph Farrugia, Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem. Ser ikun hemm qsim ta’ esperjenza minn koppja miżżewġa u messaġġ mill-Arċisqof Pawlu Cremona f’għeluq il-konferenza.
ĠimgħaŻwieġ tagħlaq b’Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum Iż-Żwieġ Nisrani, nhar il-Ħadd 19 ta’ Frar, fid-9.00 a.m., fis-Santwarju tal-Madonna tal-Ħerba, Birkirkara.