-
-
Is-saċerdoti djoċesani u reliġjużi, flimkien mal-Arċisqof Charles J. Scicluna, qed jattendu għal Kors ta’ Aġġornament li qed isir fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù. Dan il-kors ta’ aġġornament teoloġiku u pastorali għall-kleru beda nhar it-Tnejn 8 ta’ Ġunju 2015, u jintemm għada, il-Ħamis. L-għan ewlieni ta’ dan il-kors hu li joffri lis-saċerdoti opportunità ta’ riflessjoni, diskussjoni u djalogu dwar temi kurrenti relatati mat-teoloġija, mal-ħidma pastorali tal-knisja, u ma’ temi oħra kulturali, ekonomiċi u soċjo-politiċi.
Fil-bidu tat-tmexxija u tal-ħidma pastorali tal-Arċisqof il-ġdid, il-kors ta’ din is-sena qed jindirizza l-ħtieġa tal-Knisja lokali li tiddixxerni s-sinjali ta’ żminijietna bil-għan li tkompli taġġorna l-viżjoni u l-għażliet pastorali għas-snin li ġejjin.
Il-kelliema kienu Dr Ranier Fsadni, Rev Dr Joe Borg, Dr Petra Caruana Dingli, Dr Anna Vella, Rev Dr Jimmy Bonnici, Rev Dr Joe Ellul, Patri Andrew Galea OFM Conv., Rev Dr Renè Camilleri, Mr Noel Mifsud, Prof. Paul Pace, Patri Mark Cachia S.J.
-
-
Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja