Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, is-soċju tal-Museum Joseph Falzon qal li fi kwistjonijiet familjari wieħed irid joqgħod attent li b’dak li jgħid u jagħmel ma jiggravax iktar is-sitwazzjoni.
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Joseph Falzon u Clint Cauchi. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 4, 38-44
Ġesù qam u telaq mis-sinagoga, u daħal għand Xmun. Issa omm il-mara ta’ Xmun kellha fuqha deni qawwi, u talbuh jgħinha. Resaq fuqha, ordna lid-deni, u d-deni ħallieha. U minnufih qamet u bdiet isservihom.
Source: Newsbook.com.mt
Article written by George Cassar