Għadd ta’ kappillani li tkellmu ma’ IL-ĠENSillum qablu li t-taxxa tal-VAT fuq xogħlijiet ta’ restawr fuq knejjes u bini ieħor storiku li hu proprjeta’ tal-Knisja huwa ta’ piż u jnaqqas l-abbilta’ tagħhom li jwettqu xogħol ta’ restawr. Fl-istess ħin, appellaw lill-Gvern biex din it-taxxa fuq ix-xogħol ta’ restawr li jsir, titneħħa.
IL-ĠENSillum din il-ġimgħa tkellmet ma’ erba’ kappillani li bħalissa qed iwettqu xogħol ta’ restawr fil-parroċċa tagħhom: il-kappillan ta’ Ħal Tarxien, Fr Reuben Deguara, il-kappillan ta’ Ħaż-Żebbug, Fr Daniel Cardona, il-kappillan ta’ Ħaż-Żabbar, Fr Bastjan Caruana, u dak tal-Birgu, Fr Joe Caruana. Biex tkun taf aktar dwar din l-istorja, aqra l-edizzjoni ta’ din il-ġimgħa tal-ĠensIllum billi zzur is-sit www.mediacentre.org.mt