Id-Dar tal-Providenza tixtieq tirringrazzja u tifraħ lill-Korp tal-Pulizija li dan l-aħħar irnexxielhom isolvu każi ta’ frodi minn diversi persuni li bdew jiġbru bieb bieb f’isem id-Dar. Eventwalment żewġ persuni ġew imressqa l-Qorti u nstabu hatja u ngħataw sentenzi ta’ habs.
Id-Dar tal-Providenza kienet ilha diversi xhur tirċievi telefonati minn persuni jirrappurataw dwar dawn il-każi. Għalhekk huwa ta’ sodisfazzjon kbir għad-Dar, kif żgur hu għall-vittmi u l-pubbliku inġenerali li seta’ ġie mqarraq minn dawn il-persuni.
Id-Dar tixtieq tieħu din l-opportunita’ biex tirringrazzja lill-pubbliku Malti u Għawdxi għall-appoġġ li dejjem jagħti lid-Dar tal-Providenza kif ukoll terġa’ tfakkar li hi ma tawtorizza lil ħadd jiġbor donazzjonijiet f’isimha bieb bieb.
Kull min jixtieq jaghmel ghotja għad-Dar tal-Providenza jista’ jagħmel dan billi jibgħat cekk indirizzat: Id-Dar tal-Providenza, Triq Lapsi, Is-Siggiewi, SGW 2822 jew f’dawn il-kontijiet bankarji:
APS Bank 200 005 17554
Banif Bank 00212865181
Bank of Valletta 117 022 45152
HSBC 044 082 873 050
Lombard Bank 014 413 00371
Wieħed jista’ wkoll jibgħat id-donazzjoni tiegħu permezz ta’ l-internet banking jew billi jagħmel użu mill-faċilita’ tad-donazzjonijiet online billi jżur il-website tad-Dar tal-Providenza: www.dartalprovidenza.org