Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Sr Natalie Abela tkellmet dwar l-esperjenza twila ta’ missjoni fil-Pakistan fejn qalet li kienet tolqotha l-iktar l-ospitalità ta’ min hu fqir u l-kapaċità tiegħu li jaqsam dak li għandu mal-oħrajn, minkejja li għandu ftit.
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Sr Natalie Abela u Andrew Borg. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 9, 1-6
Bagħathom ixandru s-Saltna ta’ Alla u jfejqu l-morda. U qalilhom: “Tieħdu xejn magħkom għat-triq, la ħatar, la ħorġa, la ħobż u lanqas flus, u lanqas ma jkollkom żewġ ilbiesi. Jekk tidħlu f’xi dar, ibqgħu hemm sa ma tiġu biex titilqu. Jekk ma jilqgħukomx, oħorġu minn dik il-belt u farfru sa t-trab tagħha minn ma’ riġlejkom bħala xhieda kontrihom”. Ħarġu, mela, u bdew iduru l-irħula jxandru l-Evanġelju u jfejqu l-morda kullimkien.
Source: Newsbook.com.mt
Article written by George Cassar




