Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Marthese Brincat qalet li temmen ħafna fil-qawwa tat-talb u li lil Alla ma tistaqsihx għaliex hi jew għaliex tilfet lil binha.
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Marvic Mallia u Marthese Brincat. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-evanġelju tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 10, 24-33
“Żewġ għasafar tal-bejt mhux b’ħabba jinbiegħu? U b’danakollu anqas wieħed minnhom ma jaqa’ fl-art mingħajr ir-rieda ta’ missierkom. Intom imbagħad sax-xagħar ta’ raskom kollu hu magħdud. Mela xejn la tibżgħu; intom aqwa minn ħafna għasafar tal-bejt! Kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.”
Source: Newsbook.com.mt