Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Anthony Fitzpatrick, f’jum għeluq sninu, tkellem dwar l-esperjenza tiegħu li ma riedx isir saċerdot u baqa’ jaħrab sakemm daħal is-seminarju meta kellu 30 sena.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Anthony Fitzpatrick u Dr Yana Psaila. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 6: 12-19
Darba fost l-oħrajn, Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli. Imbagħad niżel magħhom u waqaf f’wita, flimkien ma’ kotra kbira ta’ dixxipli u folla kbira ta’ nies minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u mix-xtajta ta’ Tir u Sidon. Dawn kienu marru biex jisimgħuh u jfejjaqhom mill-mard tagħhom. Min kien imħabbat mill-ispirti ħżiena kien ifiq; u l-kotra kienet tfittex li tmissu, għax minnu kienet toħroġ qawwa li tfejjaq lil kulħadd.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar