• **

    Direttur: Anne Fletcher

    Atturi: Reese Witherspoon, Sofia Vergara, Michael Mosley

    Ħin: 89 minuti

     

    Klassifika tal-Gvern: PG

    Klassifika tal-Knisja: 15

    Rose Cooper hija pulizzija f’belt żgħira f’Texas; missierha kien pulizzija magħruf u mfaħħar ħafna, iżda hija  ġiet assenjatha tagħmel xogħol wara d-desk wara żbal goff li kienet għamlet u li għadu jissemma’ sal-llum. Iżda issa tingħata ċans li tħalli x-xogħol monotonu tagħha billi qabbduha teskorta lil Daniella Riva sal-qorti. Daniella hija mart mexxej tad-drogi Kolombjan li sar xhud tal-gvern, u marthu qedha titressaq il-qorti bħala xhud federali. Ir-raġel ta’ Daniella u l-pulizzija li jkun qed jeskortah jisfaw maqtulin f’komplott li kienu mdaħħlin fih pulizzija korrotti, fosthom tnejn minn sħab Cooper, id-detectives Dixon u Hauser. Issa Cooper u Daniella ma’ jibqgħalhomx triq oħra ħlief li jdabbru rashom u jaħarbu. Cooper u Daniella huma żewġ karattri differenti u ma’ jaqblu xejn ma’ xulxin imma jkollhom joqgħodu flimkien, anke għaliex Cooper determinata li twassal lil Daniella l-qorti biex tixhed u ma’ tħallix lil kap tal-mafia kolombjan jeħlisha.

    Film t’azzjoni u kummiedja medjokri. Iċ-ċajt li fih ma tantx idaħħaq, u l-iscript u djalogu huma fqar. Fih xi xeni ta’ vjolenza u ta’ sesswalita’, it-tema tad-drogi,  u xi kliem ħażin. Jgħodd għal dawk minn 15 il-sena ‘l fuq.