-
-
***
Direttur: David MackenzieAtturi: Chris Pine, Ben Foster, Jeff Bridges, Gil BirminghamĦin: 102 minutiMaħruġ minn KRS Releasing Limited.Klassifika tal-Gvern: 15Klassifika tal-Knisja: 18Minħabba li jkunu se jitilfu r-razzett tal-familja tagħhom f’West Texas, għax ma kellhomx biex iħallsu l-mortgage li kellhom mal-Bank Texas Midlands. Iż-żewġt aħwa Toby u Tanner Howard ifasslu pjan biex jisirqu diversi branches ta’ dak il-Bank u b’hekk ikollhom flus biżżejjed biex iħallsu l-Bank. Għal Tanner li jikser il-liġi ma kienitx xi ħaġa ġdida għax kellu passat kriminali, iżda Toby, missier divorzjat, dejjem għex ħajja sewwa. Madankollu, huwa Toby li joħroġ bl-idea li jisirqu l-Bank. Hekk kif jibdew jagħmlu dawn is-serqiet, it-Texas Rangers jibdew jinvestigaw biex jaqbdu l-ħallelin. Dan il-każ ikun f’idejn Marcus Hamilton, Texas Ranger li wasal biex jirtira, u sieħbu Alberto Parker, ta’ nisel Spanjol u Indian. Minkejja li Marcus iħobb jgħajjar lil Alberto, speċjalment dwar in-nisel imħallat tiegħu, xorta waħda jħobbu. Meta r-Rangers ikunu waslu biex jaqbdu lil ħallilien isiru għadd ta’ sparaturi u qtil bl-armi tan-nar.Thriller drammatiku, maħdum tajjeb ħafna, b’rextar mill-aqwa mill-protagonisti. Il-film jipprova jeżamina jekk hux sewwa li tagħmel il-ħażin biex tikseb it-tajjeb. Fih xeni ta’ vjolenza qawwija u ħafna kliem ħażin. Jgħodd għal udjenza adulta.




