Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Christianne Farrugia qalet li Alla qatt ma jaqta’ qalbu minna u dejjem jibqa’ jagħtina ċans li ninbidlu sal-aħħar.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Christianne Farrugia u Erika Spiteri li huma żewġ novizzi Agostinjani. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann – Ġw 6:37-40
Ġesù qal lin-nies: “…..Issa r-rieda ta’ min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Għax ir-rieda ta’ Missieri hija din: li kull min jara l-Iben u jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum”.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar