Il-Kunsill Presbiterali tad-Djoċesi ta’ Għawdex, li hu l-Kunsill tas-saċerdoti li jagħti pariri lill-Isqof fit-tmexxija tad-Djoċesi, wera l-apprezzament tiegħu għas-servizz tan-Naprotechnology li minn ġimgħa ilu, lejlet Jum l-Omm li kien iċċelebrat il-Ħadd li għadda, beda jingħata fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

“Nilqgħu bil-ferħ l-aħbar li d-Departiment tas-Saħħa beda joffri fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex is-servizz magħruf bħala Naprotechnology lil dawk il-koppji miżżewġin Maltin u Għawdxin li għandhom diffikultà biex ikollhom tarbija,” qalet stqarrija tal-Kunsill is-Sibt, wara laqgħa li kellu fil-preżenza tal-Isqof Mario Grech.

Il-Kunsill spjega fl-istqarrija tiegħu li “permezz tan-Naprotechnology, ix-xjenza tgħin biex fil-parti l-kbira tal-każi tal-infertilità jintrebħu d-diffikultajiet fiżjoloġiċi u psikoloġiċi li jagħmlu l-mara jew ir-raġel infertili u hekk it-tarbija titnissel b’mod naturali bir-rispett għall-integrità tal-att unittiv u prokreattiv tal-koppja mizzewġa”.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com