Grupp ta’ abbatini minn Għawdex żaru lill-Papa Franġisku f’Santa Marta nhar il-Ħadd 1 ta’ Awwissu 2021. Kif iltaqa’ magħhom il-Papa qalilhom: “Minn Malta! Bravi l-Maltin!” L-abbatini kienu l-Vatikan biex jagħmlu servizz liturġiku fil-Bażilika ta’ San Pietru.
Fil-kumplament tax-xahar ta’ Awwissu u l-bidu ta’ Settembru se jmorru ħames gruppi oħra ta’ abbatini minn Malta. Dawn se jkunu akkumpanjati minn Dun Frans Bonnici, Dun Mark Ellul, Edward Abela u Dun Stephen Magro.