-
-
***
Direttur: Andrew Niccol
Atturi: Ethan Hawke, January Jones, Zoe Kravitz, Jake Abel u Bruce Greenwood
Ħin tal-Film: 104 min
Klassifika taċ-Ċensura: 15
Klassifika tal-Knisja: 18
Il-Maġġur Thomas Egan, membru fil-Forza tal-Ajru Amerikana, llum –il ġurnata jinsab f’bażi ġewwa LAS Vegas, ittajjar drones minflok ajruplani tal-gwerra hekk kif sar iktar effiċjenti u inqas ta’ riskju li jintużaw drones minflok ajrupani biex jiġġieldu l-għadu. Din il-qagħda xejn ma għoġbot lil Egan. Kien daħal fil-Forza tal-Ajru għaliex kellhu passjoni li jtajjar ajruplani tal-gwerra minflok itajjar drones minn ġewwa kamra. Issa qiegħed iħossu li mhux qiegħed juża l-potenzjal kollu tiegħu barra wkoll li mhux qiegħed ikollu sodisfazzjon li jara r-riżultat wara li jkun laqat l-għadu. Egan ukoll jibda jistaqsi jekk l-etika ta’ kif qegħdin jigu wżati d-drones speċjalment meta l-missjoni ġiet taħt is-CIA. L-attakki kienu qegħdin ukoll jolqtu nies innoċenti bla ebda diskriminazzjoni ta’ xejn. Dawn l-attakki kienu qegħdin isseħħu fil-Yemen, pajjiz li wara kollox ma kienx jinsab fil- gwerra mal-Amerika, iżda is-CIA ħasset li kien hemm il-ħtieġa li tattakkaw lit-Talibani kull fejn kienu jinsabu. Din il-qagħda kienet qegħda ġġibu f’konflitt anke ma’ martu Molly li wkoll xejn ma kienet kuntenta bix-xogħol li r-raġel tagħha kien qiegħed jagħmel u li l-pressjoni tax-xogħol kien qiegħed ikollu fuq l-attitudni negattiva tiegħu lejn il-familja. Egan jibda jagħmel ħafna mistoqsijiet fuq din l-operazzjoni u jibda jpoġġi numru ta’ mistoqsijiet jekk din il-ġlieda kontra t-terroristi u l-qtil inddiskriminativ kienx minflok jikkontrolhom, iktar qegħdin jiħraxu u jikbru fin-numru. Iktar ma beda jgħaddi ż-żmien, Egan jibda jiddubita jekk din il-gwerra kontra dawn it-terroristi qatt xi darba sejra tintemm darba għal dejjem.
Film Amerikan taħt id-direzzjoni ta’ Andrew Niccol, illaqqagħna ma’ Thomas Egan, Maġġur fil-Forza tal-Ajru Amerikana li minflok itajjar ajruplan tal gwerra biex jattakka l-għadu, f’din l-operazzjoni t-Talibani ġewwa Yemen, isib ruħhu jtajjar drones. L-operazzjoni titfa’ lil Egan f’qagħda li jibda jiddubita kemm etikament hi moralment deċizzjoni tajba. Dan ukoll jibda jkollu effett negattiv fuq martu Molly u l-familja. Minħabba xi xeni ta’ stupru kif ukoll qtil indiskriminativ ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.