• Godzilla

  • ****

    Direttur:          Gareth Edwards
    Atturi:             Aaron Taylor-Johnson,  Ken Watanabe, Elizabeth Olsen, Juliette Binoche, Sally Hawkins, David Strathairn u Bryan Cranston
    Ħin tal-Film:    123 min.
    Maħruġ minn KRS Film Distributors
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 PG
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12A
     
    Joe Brody, fiżiċist nukleari, fl-1999, ġewwa l-Ġappun, kien qiegħed  jinvestiga attivita` seismika ġewwa l-impjant nukleari ta’ Janjira. Disgrazzjatament, numru ta’ ħaddiema, fosthom martu stess, Sandra, jmutu f’diżastru. Ħafna ħasbu li din id-disgrazzja kienet riżultat ta’  diżastru naturali, iżda Brody ma kienx ta’ l-istess fehma. Għal dawn l-aħħar ħmistax –il sena, Brody iqatta’ ħafna snin minn ħajtu jipprova li dak li ġara fl-1999 ma kienx diżastru naturali iżda xi attivita` misterjuża li kienet qegħda sseħħ taħt  l-art u li kkawżat il-qerda tal-pjant nukleari ġewwa Janjira tant li issa kienet żona ristretta u hadd ma kellu d-dritt li jidħol minħabba l-kontaminazzjoni ta’ radju attivita`.  Din l-ossessjoni toħloq firda bejn Joe Brody u ibnu Ford li, issa, ħmistax –il sena wara l-inċident fatali, li fiha hu stess tilef lill-ommu, illum –il ġurnata kien qiegħed igħix ġewwa San Francisco ma’ martu Elle u ibnu. Ix-xogħol tiegħu kien fin-Navy Amerikana, jżarma l-bombi, ħila li għenet mhux  ftit biex  flimkien ma’ missieru,  jsalva lid-dinja minn MUTOs (Massive Unidentified Terrestrial   Organism) li fil-fatt reġa’ ħa l-ħajja wara tant snin rieqed u li kien hemm il-biża` li jeqred id-dinja għal kollox għaliex dan l-organiżmu kien jgħix biss fuq radjazzjoni. Ford sab ruħhu f’din il-qagħda minħabba l-fatt li missieru Joe kien ġie arrestat fil-Ġappun meta, bla peress,  daħal f’żona probjita.  Ford kellu jmur il-Ġappun biex  jeħles lill-missieru mill-arrest. Numru ta’ ġrajjiet, iżommu lil Ford milli jmur lura lejn San Francisco. X’jiġri meta Joe u Ford isibu ruħhom fil-qalba ta’ problema serja ħafna  li fiha kien imdaħħal Godzilla li deher li kien qiegħed jieħu direzzjoni lejn l-Amerika , eskortat minn flotta tan-Navy Amerikana. X’kien qiegħed ifittex Godzilla?

    Film bi 3D, bi storja tajba, maħdum b’sengħa kbira  u li żżommok fuq ix-xwiek għal ħafna ħin. Minħabba xi azzjonjiet ta’ vjolenza li jistgħu jimpressjonaw lit-tfal u xi kliem goff, ikun tajjeb li l-film jarawh persuni li għalqu t-tnax –il sena u fuqhom, iżda persuni ta’ eta` iżgħar, jistgħu jarawh jekk akkumpanjati minn persuna adulta.