-
-
*
Direttur: Etan Cohen
Atturi: Will Ferrell, Craig T. Nelson, Kevin Hart, Alison Brie
Ħin: 100 minuti
Klassifika taċ-Ċensura: 15
Klassifika tal-Knisja: 18
James King huwa stockbroker f’Los Angeles, kapaċi ħafna u li jaqlagħha tajjeb iżda inġenwu u soċjalment injorant. Għalkemm jaħseb li hu xi eroj ma’ jintebaħx kemm l-oħrajn iħarsu lejh bi stmerrija. Huwa jinnegozja l-fondi b’mod professjonali u qatt ma jikser il-liġi, u tant qed jagħmel qlieħ għal kap tiegħu, Martin, li dan jagħmlu sieħeb tiegħu, kif ukoll hu għarus lil bint Martin, Alissa, li hija materjalista għall-aħħar. Iżda d-dinja tal-ħolm tiegħu malajr tintemm meta jiġi akkużat bi ngann li seraq il-flus tal-klijenti u jeħel għaxar snin ħabs. Maħkum mil-biża’ ta’ x’hemm jistennieh fil-ħabs, James joffri 30,000 dollaru lil Darnell, raġel iswed li għandu negozju li jaħsel il-karozzi biex jagħtih lezzjonijiet dwar kif jista’ jsalva ġildu u ma’ jiġix ivvitamiżżat fil-ħabs. James irraġuna li ladarba Darnell huwa iswed bilfors li qatta’ xi żmien fil-ħabs u allura huwa bniedem ta’ esperjenza; fil-fatt Darnell qatt ma kien il-ħabs imma lil James ma juriħx għax għandu bżonn dawk it-tletin elf dollaru. U jibda jurih ma x’hix se jiltaqa’ u x’għandu jagħmel.
Film kummiedja sesswali bbażatha fuq iż-żufjett li n-nies jgħaddu b’James, bniedem bla malizzja. Will Farrell jaħdem il-karattru ta’ James. Fil-biċċa l-kbira l-film jipprova jdaħħaq b’sitwazzjoni baxxi u sesswali. Il-film fih kontenut sesswali qawwi u nudita’, trattament ta’ l-omosesswalita’ u l-istupru biċ-ċajt, u ħafna kliem ħażin u oxxen. Jgħodd għal udjenza adulta.