Is-Segretarjat għall-Appostolat tal-Emigranti, li fergħa minnu hija responsabbli mis-Saċerdoti, Reliġjużi u Lajċi Maltin li qed jaħdmu għall-Knisja bogħod minn artna (Secretariat for Maltese Priests Overseas, SMPO) ser jorganizza laqgħa għall-missjunarji reliġjużi u lajċi li jkunu Malta għall-ġranet ta’ mistrieħ. Hija xewqa ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. li jistiedinhom bħal kull sena, għal laqgħa li ser ssir nhar l-Erbgħa 10 ta’ Lulju 2013, fil-5:00 p.m. f’Dar l-Emigrant, il-Belt.
Il-laqgħa mas-saċerdoti, reliġjużi u lajċi Maltin ilha ssir kull sena għal aktar minn 50 sena b’appreżżament għall-ħidma li huma jwettqu fl-artijiet tal-missjoni barra minn Malta. F’din il-laqgħa, il-missjunarji jkollhom l-opportunita’ jagħtu tagħrif dwar l-esperjenzi tagħhom fil-ħidma pastorali u missjunarja li qed iwettqu.