• Missio, magħruf aktar bħala l-Uffiċċju Missjunarju, ser jorganizza Forum bl-isem Il-Ferħ tal-Missjoni. F’dan il-Forum ser jiġi diskuss l-aspett missjunarju mil-lenti tas-soċjetà, u fil-kuntest tal-eżortazzjoni “Il-Ferħ tal-Vanġelu”, tal- Papa Franġisku. Din id-diskussjoni, mtellà nhar is-Sibt 18 ta’ Ottubru 2014 fis-Seminarju tal-Arcisqof fir-Rabat, ser tkun immexxija mill-E.T. Mons Charles Scicluna flimkien mal-kelliema Sr. Pauline Farrugia u Prof Oliver Friggieri.
       
      Punti li ser jiġu diskussi:

      • L-Arċidjoċesi fil-kuntest tal-Eżortazzjoni tal-Papa “il-Ferħ tal-Vanġelu”
      • Il-Missjoni llum taħt lenti Maltija
      • Malta multi-kulturali, u r-responsabiltà tagħna l-Maltin
      • Il-Missjoni barra minn xtutna x’futur għandha?

      Filgħaxija għall-ħabta tas-6.30pm, jibda l-Festival of the Nations. Dan se jkun festival ta’ ikel imsajjar mis-sorijiet li ħadmu f’ħames kontinenti differenti. Fis-7.30pm se ssir quddiesa għaż-żgħażagħ iċċelebrata minn Fr. Charles Tabone O.P. u animata mill-band Roots.

      Inħeġġukom biex tattendu filwaqt li tħeġġu lil ħbiebkom.