• It‑Tnejn 4 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tal‑gradwazzjoni tal‑istudenti tas‑6th Form tal‑Kulleġġ De La Salle, il‑Birgu. L-Arċisqof kellu l-opportunita’ li jiltaqa’ mal-istudenti filwaqt li ppreżenta l-premjijiet lill-gradwati l-ġodda tal-Kulleġġ.
     

    Homily by Archbishop Charles J. Scicluna

  • De La Salle College, il-Birgu
    4 ta’ Lulju 2016
    Nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom għal dan il-mument tas-serata ta’ din il-lejla għalkemm għadha ma niżlitx ix-xemx, għax dan huwa mument ta’ ringrazzjament. Ħafna minnkom ilkom hawn ħafna snin f’din l-iskola – qed nitkellem għall-ġuvintur, ix-xebbiet qed jispiċċaw is-sentejn tas-6th Form. Hawn ukoll ħafna ġenituri, ħafna ħbieb li segwewkom, kemm f’dawn is-sentejn tas-6th Form kif ukoll fil-mixja tagħkom edukattiva fil-familja De la Salle.
    Ilqajna hawnhekk biex nibdew din is-serata billi ngħidu grazzi lil Alla bl-Ewkaristija li l-kelma tfisser minna nfisha ‘ringrazzjament’, anke bil-Grieg modern, meta trid tgħid ‘thank you’ tgħid ‘ewkaristo’.  L-Ewkaristija hija ringrazzjament lil Alla anke għaliex il-kelma li ngħidu fuq il-ħobz u inbid hija kelma wkoll ta’ barka lil Alla u ta’ ringrazzjament tad-doni tiegħi. Dan għax aħna nilqgħu minn għand Alla l-frott ta’ l-art, u Hu jittrassformah fil-Ġisem u d-Demm ta’ Ibnu.
    Jiena d-domanda li nixtieq nagħmel lilkom iż-żgħażagħ hija domanda sempliċi. Għaddejtu minn esperjenza fi skola Kattolika. Intom illum se tħallu l-fidi tagħkom hawn u titilqu minn hawn atei prattiċi? Din l-aħħar quddiesa li se tisma’ qabel tiżżewweġ, jekk tiżżewweġ bil-Knisja? Din l-aħħar Ewkaristija li ddeċidejt li tattendi għaliha għax hija parti minn serata, għax inti, bħal meta tmur cruise u kollox ikun ipprogrammat? Id-domanda nagħmilhielek mhux għax nixtieq nimponi xi stil ta’ ħajja fuqek, nagħmilhielek għaliex tinteressani r-risposta libera tiegħek u qed nagħmilhielek quddiem il-ġenituri, għax il-ġenituri ormaj nispera li għajjew jippruvaw jipperswadukom.
    Intom adulti biżżejjed biex tieħdu d-deċiżjonijiet tagħkom, imma xi kwalita’ ta’ deċiżjoni se tieħu wara li għamilt snin jew almenu fl-istess grupp ta’ esperjenza ta’ edukazzjoni fi skola tal-Knisja? Sirtu iżjed anti-klerikali milli kontu qabel għax kieku ngħid allura li hija falliment. Bil-fidi tiegħek fejn qiegħed? Tgħid li ma jinterassanix, allura nifhem li l-istilla tal-fidi ta’ De la Salle għalik ormaj ma tfisser xejn ħlief badge tal-iskola u li se tkun fuq iċ-ċertifikat li se jagħtuk illum. Tista’ tgħidli: ‘imma ifhimni, Father, il-kwistjoni li jiena għaddejt minn skola tal-Knisja ma jfisser xejn ħlief li nispera li jiena persuna aħjar’. Jiena nawgura li inti persuna aħjar għax kien hemm fl-aħħar tal-Evanġelju: “għalik intqal mhumiex kategorija ta’ nies li tiddisprezzahom imma li tgħinhom”. 
    Intom tistgħu tqisukom bħala grupp ta’ nies pivileġġati u din il-kelma tweġġagħni għax l-iskejjel tal-Knisja m’għandhomx ikunu għall-privileġġjati. Huwa privileġġ tal-komunità li toffri l-edukazzjoni, imma aħna m’aħniex hawn biex noħolqu elite li jkasbar il-fqir. Allura kieku jiena nagħlaq l-iskejjel, għax minflok ma nkun qed neduka l-qalb, jkun biss li kkrejajt mostri bla qalb. Dan il-kliem qed ngħidu biex ngħabbikom bir-responsabbiltà. L-edukazzjoni Kattolika trid tkun edukazzjoni mhux biss biex titgħallem tisma’ l-quddiesa u tapprezzaha, imma qabel xejn tirrispetta lilek inifsek u l-proxxmu. Jekk student li għadda minn De la Salle huwa razzist u jiddisprezza lil min mhux bħalu, De La Salle ma sewa xejn għalih. Jekk inti m’intix kapaċi tgħid li l-vokazzjoni tiegħek trid tkun ta’ servizz, De la Salle kien ħela ta’ ħin u flus li taw il-ġenituri tiegħek li sostnew din l-iskola, ma kienx investiment tajjeb.
    Qed ngħid hekk mhux biex inkun negattiv, imma biex ngħabbikom bir-responsabbiltà.  Fl-istess ħin jiena nifraħ magħkom ta’ dak kollu li qegħdin toħolmu bih u tippjanaw għall-futur. Nimmaġina li diġa qed tistennew b’ħerqa r-riżultati tal-eżamijiet, nawguralkom li tiddeverti ftit u tistrieħu sakemm jaslu r-riżultati, u li ma taqgħux f’depression meta tiftħu r-riżultati li tirċievu, nittamaw li kollox imur sew. Inutli tixgħel ix-xemgħat lil Sant Antin ta’ Padova u li San Giovanni Battista De La Salle għax issa li hemm hemm. Imma nawguralkom li, ir-riżultati jkunu tajbin u d-deċiżjonijiet li tagħmlu għall-futur tagħkom tagħmluhom b’responsabbiltà kbira, mhux biss li tuża’ t-talenti tiegħek tajjeb, imma li tagħżel li tkun ta’ servizz għas-soċjetà. Huwa dan il-privileġġ li tkun Nisrani: li tkun ta’ servizz għas-soċjetà, imbagħad il-Mulej ibierkek bl-għana, bil-ġid ħa tgawdi int u l-familja tiegħek u għamel minn kollox biex tgħin lil min hu inqas privileġġat. 
    Jien nixtieq nirringrazzja lill-Brothers ta’ De La Salle tad-dedikazzjoni tagħkom, intom ormaj an endangered species, anke għaliex vokazzjonijiet għal De La Salle ma tantx qed nara jien fuq ix-xefaq, biex ma ngħidtx fuq l-orizzont, imma fuq ix-xefaq. Imma jiena nawgura li jkollkom gruppi ta’ lajċi bħall-Brothers mill-Colombia li hawn magħna. Jiena nawgura li gruppi ta’ lajċi jiġu entużjażmati bl-eżempju u anke bix-xogħol li qegħdin tagħmlu, nawgura biex din l-opra tkompli.
    Lill-istudenti nixtieq nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom illejla u nawgura wkoll li meta nerġgħu niltaqgħu forsi fil-graduation tal-Università, minn hawn u ftit snin oħra, tkompli din il-karriera, dan il-proċess ta’ suċċess li ġabkom illejla hawnhekk.
     
     Charles J. Scicluna                                                  
         Arċisqof ta’ Malta
     

    Message by Archbishop Charles J. Scicluna

  • De La Salle College, Birgu
    4th of July 2016
     
    I will only say a few words now, I will speak in English to remedy and make reparation for my homily. I will start from the very final remarks of Brother Martin because I was very struck, I was impressed by the College motto: Scientia valida fide: Knowledge is strong through faith.
    Now you’re going to university environment whether in Malta or abroad, and the battle cry in universities today is: Scientia contra fidem: knowledge against faith. And some of the mores because of the fundamentalism and the terrorisim that unfortunately find roots in some religious fanaticisms would say that fides contra scientiam: that faith is against science and knowledge. As Lasallians, I challenge you to keep believing and living the College motto that you may have the knowledge and the wisdom as your headmaster and Brother Martin said, that knowledge is strengthened, becomes strong through faith. Faith enriches your life, gives it a perspective, goes beyond the world’s riches, the world’s successes, whether political or economic, it gives you a wisdom of the heart. And that is what I wish for you.
    I was quite intrigued by all the Power Point presentations and all the things you did during the few last months and I ask Br Martin, ‘do they have time to study? Do they have time to sleep?’. And I said: ‘no wonder they don’t feel like going to Church on Sunday’.
    Thus, thank you very much also for giving us a taste of the wonderful experience you have been through and I hope that the bonds of friendship that you have nurtured here in these two years as Lasallians 6th Formers, will carry you in years. We need to have people who have learnt to work together. May the Lord in his mercy also remedy any risks or any envy among you but above all that, you need to work together, you need to learn to be happy with the gifts, talents and successes of one and the other,and may the Lord keep you. Thank you.
     
     Charles J. Scicluna                                                  
         Archbishop of Malta
  • Photos: Curia Communications Office; Facebook