Nhar it-Tlieta 12 ta’ Frar 2013, sar seminar organizzat mill-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol bit-tema, ‘Il-fidi u l-post tax-xogħol’. Il-kelliema f’dan is-seminar kienu s-Sinjura Veronique Farrugia (EO tal-Koperattiva Rurali), is-Sinjur Narcy Abdilla (Bank Ċentrali) u Dr John Cachia (Kummissarju għas-saħħa mentali u anzjani). Fil-konkluzjoni tas-seminar, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. wassal il-messaġġ tiegħu dwar ir-rwol tan-Nisrani li kulturalment jbiddel ir-realta’ ta’ madwaru, fejn fisser kif fuq il-post tax-xogħol, l-aċċenn għandu jkun fuq il-ħaddiem għaliex dan huwa xbieha ta’ Alla. L-Arċisqof qal ukoll li daqskemm hu qaddis ix-xogħol, daqshekk ukoll huwa qaddis il-mistrieħ.
Is-seminar sar il-bierah (13/02/13) fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Ħ’Attard u għalih attendew fost l-oħrajn l-Onor. Carmelo Abela (PL), l-Onor. Edwin Vassallo (PN), is-Sur Paul Abela (GRTU), is-Sur William Portelli (MUBE), is-Sur Mario Sacco (UĦM), is-Sur Paul Pace (MUMN), is-Sur Lawrence Mizzi (MEA) u s-Sur Franklyn Barbara (MUT).
The photos of the Archbishop’s events may be purchased from PHOTOCITY, Valletta. Tel: 21236723. Email: [email protected]