Fil-ġimgħat li għaddew, fid-Dipartiment tal-Emerġenza beda jopera crisis intervention team biex jgħin lil dawk li jkollhom tendenza għas-suwiċidju. Dan hekk kif matul l-2009 f’Malta kien hemm 30 persuna li kienet ammessa l-isptar wara li intenzjonalment ikkawżat ħsara lilha nnifisha.
Dan qalitu lil IL-ĠENSillum online il-kelliema għall-Ministeru għas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità, Claudette Buttigieg.
L-istatistika turi li fl-aħħar sentejn, Diċembru kien l-iktar xahar li matulu kienu ammessi fl-isptar persuni li kkawżaw ħsara lilhom infushom. Filwaqt li dan jista’ jindika tendenza li x-xahar tal-Milied jara żieda fin-numru ta’ persuni li d-dipressjoni twassalhom biex iwettqu atti simili, din ix-xejra ma tarax korrispondenza fin-numru ta’ dawk ammessi l-isptar minħabba dipressjoni jew fin-numru ta’ dawk fejn persuna neħħiet ħajjitha b’idejha.
AGĦfAS HAWN biex tkompli taqra dan l-artiklu fuq is-sit www.il-gensillum.com