-
-
Fl-okkażjoni tal-festa tal-Beatu Nazju Falzon, fil-knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta ser ikun hemm eżebiti: ir-relikwja li ġiet ippreżentata lill-Papa San Ġwann Pawlu II, f’jum il-beatifikazzjoni; il-kuċċarun, il-baċir u l-plattin bi tliet vażetti li kienu jintużaw fil-magħmudijiet; ir-reġistru tal-magħmudijiet u l-lista tal-kunjomijiet tagħhom; il-pultruna li fuqha miet Nazju Falzon bl-inkwatru ta’ San Ġużepp li kellu wara rasu; l-inkwatru ta’ San Benedettu Ġużeppi Labre—li kien jintefa’ jittallab fil-bieb tal-knisja u li Nazju Falzon kellu devozzjoni kbira lejh u talab li jindilek biż-żejt tal-lampier li kellu jixgħel quddiemu dakinhar li miet.
Mal-art hemm ukoll il-lapida li l-membri tas-Servizzi Ingliżi poġġew b’tifkira ta’ Fr Martin Cullen, li kien inġieb Malta biex jħallem l-Ingliż fil-Kulleġġ tal-patrijiet Agostinjani fil-Belt, u wara marda serja li ħakmitu, fuq parir tal-Beatu Nazju Falzon beda jingħaqad mal-membri tal-kongregazzjoni jgħid ir-rużarju kull filgħaxija, u fieq, sar saċerdot u beda jmexxi l-kongregazzjoni wara li mewt ta’ Nazju Falzon.
-
Programm tal-festa tal-Beatu Nazju Falzon fil-knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt Valletta
-
L-Erbgħa, 27 ta’ Ġunju 2018
10:00 – Quddiesa għall-ommijiet bi tfal żgħar
18:00 – Quddiesa għat-tfal tad-DuttrinaIl-Ħamis, 28 ta’ Ġunju 2018
12:00 – Quddiesa bi stedina lill-avukatiIl-Ġimgħa, 29 ta’ Ġunju 2018
10:00 – Quddiesa għall-morda b’talb għall-grazzja ta’ mirakluIs-Sibt, 30 ta’ Ġunju 2018
10:00 – Quddiesa għall-membri tas-servizzi
11:00 – Quddiesa bl-Ingliz għall-komunità Ingliża;
18:15 – Rużarju u Quddiesa fis-18:45 bil-partiċipazzjoni tal-Catholic Enquiry Centrell-knisja tal-Ġiżwiti hija l-knisja li fiha l-Beatu Nazju Falzon waqqaf il-Kongregazzjoni għall-Membri tas-Servizzi u wassal 650 persuna għall-maghmudija.