-
-
L-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona u l-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi ser jilqgħu lill-awtoritajiet tal-Istat u lill-korpi kostitwiti għall-bdil tal-awguri tal-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Diċembru, fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta, fit-3:00 p.m.
Fl-okkażjoni tal-festi ta’ żmien il-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, l-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona u l-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi ser jilqgħu lil kull min jixtieq iżurhom għal bdil tal-awguri tal-istaġun, nhar is-Sibt, 30 ta’ Diċembru, bejn l-10:00 a.m. u nofsinhar.
Kif isir kull sena, il-bdil tal-awguri ser isir fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Minħabba raġunijiet ta’ aċċessibilità, ser ikun miftuħ il-bieb ta’ San Kalċedonju fi Triq Vinċenzo Bugeja. Dakinhar, għall-ħabta tal-10:30 a.m., l-Arċisqof iwassal messaġġ lil dawk preżenti.