Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, l-għalliem Andrew Borg qal li nwasslu messaġġ anki bl-iktar affarijiet żgħar li nagħmlu bħal kif nagħlqu bieb jew kif inġibu ruħna f’mumenti ta’ rabja.
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Sr Natalie Abela u Andrew Borg. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 9, 7-9
Dawn il-ġrajja kollha waslu f’widnejn Erodi t-tetrarka u beda jitħasseb, għaliex xi wħud kienu qegħdin jgħidu li Ġwanni qam mill-imwiet, waqt li oħrajn qalu li deher Elija, u oħrajn li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi. Iżda Erodi qal: “Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu qiegħed nisma’ dan kollu?”. U beda jfittex li jarah.
Source: Newsbook.com.mt
Article written by George Cassar




