
Il-Katidral Metropolitan tal-Imdina ser ikun xhieda ta’ esperjenza mużikali nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru 2025, fit-8pm. F’dan l-ambjent sagru u storiku, il-Banda Trinità Qaddisa tal-Marsa, taħt id-direzzjoni tal-Maestro David J. Sammut, ser tippreżenta r-Requiem – kapolavur immortali tal-kompożitur Wolfgang Amadeus Mozart.
Ir-Requiem ta’ Mozart huwa meqjus bħala wieħed mill-ikbar eżempji ta’ espressjoni artistika u spiritwali, jiddistingwi ruħu għall-fond emozzjonali tiegħu u għall-kapaċità li jqanqal sens ta’ riflessjoni u kontemplazzjoni. Il-preżentazzjoni tiegħu fil-Katidral tal-Imdina hija stedina biex wieħed japprezza s-sbuħija tal-fidi u tal-arti li jingħaqdu f’esperjenza unika u ta’ valur spiritwali għoli.




