• **

    Direttur: Doug Ellin
    Atturi: Adrian Grenier, Jerry Ferrara, Kevin Connolly
    Ħin: 104 minuta
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: AR
     
    Wara li jtemm iż-żwieġ tiegħu li dam biss disa’ tijiem, Vinny Chase jixtieq jerġa’ lura fid-dinja tal-films. Huwa jċempel lil Ari u jikkonvinċih jerġa’ jingħaqad mat-tim tiegħu bħala  l-producer tal-film li beħsiebu jagħmel, film futuristiku bl-isem ta’ Hyde, film li Vinny irid li jkun id-direttur tiegħu kif ukoll jaħdem fih. Wara li jinġibed il-film Vinny ma jkun irid jurih lil ħadd, lanqas lil sħabu, qabel ma’ jkun lest għal kollox. Il-problema hi li Vinny jispiċċawlu l-flus għal dan il-film u għalhekk jgħid lil Ari jmur Texas biex ikellem lil dawk li kienu qedin jiffinanzjawh, Larsen McCredle u ibnu Travis, biex jagħtuh aktar flus, li m’huma xejn sodisfatti bil-mod kif qed  jimxi Vinny; it-talbiet li jagħmlu joħolqu tensjoni bejn Vinny u sħabu, li llkoll għandhom il-problemi tagħhom fuqhiex iħabblu rashom.
     
    Film kummiedja bbażat fuq is-serje televiżiva li damet sejra tmin snin, diretta mill-istess Doug Ellin u fil-biċċa l-kbira bl-istess atturi. Fih djalogu fqir u l-karattri huma distakkati mill-udjenza. Il-film suppost hu satira dwar Hollywood iżda fil-fatt jigglorifika l-ħajja ta’ Hollywood. Il-film fih ħafna xeni sesswali u nudiżmu u ħafna kliem ħażin, u ton ġenerali amorali. Jgħodd għal udjenza adulta matura.