Minkejja li d-divorzju ilu s-snin legali fl-Ingilterra, l-għadd tal-koppji li jiddeċiedu li jgħixu flimkien mingħajr ma jiżżewġu qiegħed dejjem jiżdied. Flimkien mal-għadd dejjem jikber ta’ trabi li jitwieldu barra ż-żwieġ, li llum ilaħħqu għal madwar 45 fil-mija, il-koabitazzjoni llum qed titqies bħala fattur importanti li qed iwassal għal aktar faqar soċjo-ekonomiku fil-pajjiż.
Dawn il-fatti joħorġu minn studju dwar l-istorja tal-famlija bl-isem ta’ ‘History and Family: setting the records straight. A rebuttal to the British Academy pamphlet ‘Happy Families?’, li kien ippubblikat fit-18 t’April li għadda mis-Centre for Social Justice – CSJ, think-tank indipendenti bbażat fl-Ingilterra. L-istudju sar mill-Professur Rebecca Probert tal-Università ta’ Warwick u minn Dr Samantha Callan, riċerkatriċi ewlenija dwar il-familja tas-CSJ.
L-istudju juri, fost oħrajn, li t-twelid ta’ trabi barra ż-żwieġ fl-Ingilterra laħaq l-għola livelli f’mill-inqas 200 sena, waqt li fl-istess waqt il-koabitazzjoni sparat ‘l fuq b’mod sostanzjali. Qabel l-1945 dawk li jikkoabitaw kienu jlaħħqu għal taħt il-ħamsa fil-mija. Skont dan l-istudju, illum dawn ilaħħqu għal 90 fil-mija.
L-istħarriġ juri li waqt li t-twelid barra ż-żwieġ kien ta’ livell baxx tul is-seklu dsatax u baqa’ pjuttost baxx sas-snin sittin, minn dak in-nhar ’l hawn minn livell bażi ta’ ħamsa fil-mija li baqa’ l-istess tul medda twila ta’ snin, illum dan tela’ għal 45 fil-mija.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com