Bħalissa quddiem l-aġenzija Appoġġ hemm b’kollox 11-il persuna weħidha, jew single, u 134 koppja li qegħdin fi stadi differenti tal-proċess ta’ adozzjoni. Fost dawn, 28 koppja u tliet persuni waħedhom qed jistennew biex jibdew il-proċess tal-adozzjoni, waqt li 106 koppja u tmien persuni waħedhom qed jiġu assessjati u qed jirċievu t-taħriġ meħtieġ biex ikunu jistgħu jipproċedu bl-adozzjoni.
Tajjeb jingħad għall-korrettezza li adozzjoni tista’ tkun ta’ tarbija, kif ukoll ta’ minuri. Irid jingħad ukoll li l-Att dwar l-Adozzjoni jippermetti kemm koppji miżżewġa, kif ukoll persuni weħedhom biex jadottaw.
F’Malta ħafna mill-adozzjonijiet isiru bl-għajnuna tal-Aġenzija Appoġġ, li ilha tmexxi s-servizz tal-adozzjoni sa minn Jannar tal-2008. Madankollu
l-adozzjonijiet f’Malta jmorru lura fis-snin. Bejn l-2000 u l-2010 kienu b’kollox adottati 600 tarbija/minuri minn diversi pajjiżi, fosthom l-Ingilterra, il-Pakistan, ir-Rumanija, l-Etjopja, ir-Russja u sintendi Malta. Din is-sena, sa dan ix-xahar li qegħdin fih, kienu diġà adottati 43 tarbija/minuri.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com