Tmin żgħażagħ ser ikunu aċċettati uffiċjalment bħala kandidati għas-saċerdozju waqt quddiesa mmexxija mill-Arċisqof Pawlu Cremona OP, nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Frar, 2010, fis-6.30p.m, fil-Bażilika ta’ Marija Bambina, l-Isla.

Dawn huma: Dillon Bugeja (Zurrieq), Robin Camilleri (Luqa), Roderick Camilleri (Zabbar), Mario Dimech (Siggiewi), Anthony Paul Fitzpatrick (Gwardamangia), Cristian Antony Muscat (San Ġiljan), George Schembri (Qormi – San Ġorġ) u Michael Zammit (Birkirkara – Sant’ Elena).

Waqt li l-Arċisqof ser jilqa’ t-talba ta’ dawn il-kandidati, il-komunita’ nisranija hi mħeġġa titlob għalihom.  Is-Seminarju jistieden lil kulħadd biex jitlob għal dawn iż-żgħażagħ u għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi.

Michael Zammit, wieħed mit-tminn kandidati qal li l-kandidatura hija pass importanti fl-għarfien li s-saċerdot irid ikun marbut fl-imħabba ma’ Ġesu’ li jsejjahlu filwaqt li jintrabat b’fedelta sħiħa mal-Knisja, li hi l-poplu t’Alla.

Aktar informazzjoni tinkiseb minn fuq www.seminary.org.mt jew permezz ta’ l-email: [email protected]