Kuntrarjament għal dak li sostna l-Imħallef Emeritu Philip Sciberras ma’ The Sunday Times il-Ħadd li għadda, il-Knisja mhux talli ma tagħmilx qligħ mit-Tribunal Ekkleżjastiku, imma talli skont l-aħħar Rapport Finanzjarju u Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, dan qed jiswa lill-Knisja madwar €500,000 fis-sena.
L-Imħallef Sciberras sostna ma’ The Sunday Times li “l-kampanja tal-Knisja kontra d-divorzju hi motivata minn konsiderazzjonijiet finanzjarji għaliex tista’ titlef l-eġemonija tagħha fuq l-annullamenti taż-żwieġ”. Hu sostna li l-introduzzjoni tad-divorzju, “aktar minn battalja bejn ir-reliġjon u s-sekularizzazzjoni, hi reazzjoni għat-telf tal-privileġġi li tgawdi (il-Knisja) llum”.
Ir-Rapport Finanzjarju u Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, li IL-ĠENSillum online akkwistat kopja tiegħu, juri li fl-2009 – ir-Rapport għas-sena li għaddiet għadu qed jitħejja, il-Fond Ċentrali tal-Arċidjoċesi ħareġ is-somma netta ta’ €505,189 biex iżomm l-operat tat-Tribunal għaddej. Din tirrifletti żieda ta’ 15 fil-mija fuq l-2008. Id-dħul għall-istess sena kien €110,082.
L-akbar spiża li kellu t-Tribunal fl-2009 kienet dik tal-pagi tal-impjegati tiegħu li kienet tlaħħaq €312,409. It-Tribunal kellu wkoll nefqa sostanzjali – €140,331, għal dawk li huma ħlasijiet professjonali.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com