-
-
It-tieni sessjoni tal-Assemblea Djoċesana kompliet illum, is-Sibt, 25 ta’ Novembru 2017, bil-preżentazzjoni tal‑Vigarju Episkopali għad‑Djakonija, Mons. Charles Cordina, dwar proposta ta’ azzjoni għat‑tisħiħ tal‑impenn soċjali tal‑Knisja fis‑soċjetà u proġetti pilota ġodda f’dan il‑qasam. Dan bħala t‑tieni parti tal‑pjan pastorali għall‑Arċidjoċesi li qed jitħejja, u fid-dawl tat-tagħlim tal‑Papa Franġisku li qed jistieden lill‑Insara jilħqu u jaħdmu mal‑foqra u dawk fil‑periferija.
Il-punti ewlenin tat-tieni parti tal‑pjan pastorali għall‑Arċidjoċesi dwar id-djakonija:
- Mill-bidu tal-Episkopat tiegħu, l-Arċisqof wera li l-viżjoni tiegħu għall-Knisja hi li l-ħidma pastorali tal-Knisja f’Malta għandha tkun ikkonċentrata fuq żewġ binarji: l-Evanġelizzazzjoni u d-Djakonija. Dan ikkonfermah bid-deċizjoni tiegħu li l-Pjan Pastorali għat-tliet snin li ġejjin tkun marbuta ma’ dawn iż-żewġ oqsma.
- Il-Papa Franġisku jitkellem dwar id-dimensjoni soċjali tal-evanġelizzazzjoni: “Hu ċar li l-kerygma għandha kontenut soċjali” (Il-Ferħ tal-Vanġelu, 117). Żewġ aspetti tal-pastorali li jmorru flimkien u jikkumplimentaw lil xulxin għax ma jistax ikun hemm evanġelizzazzjoni li ma twassalx għad-djakonija, u ma jistax ikun hemm djakonija li ma twassalx għall-evanġelizzazzjoni.
- L-Evanġelizzazzjoni trid twassal biex tibni s-saltna t’Alla fid-dinja, jiġifieri noħolqu soċjetà fejn hemm spazju għall-fraternità, għall-ġustizzja, għall-paċi, u għad-dinjità fost kulħadd. Huwa parti mid-dmir tal-Knisja li ssemma’ leħinha biex toħloq kuxjenza dwar inġustizzji li minħabba fihom jkun hemm persuni li qed ibatu u twassal kif suppost t-tagħlim soċjali tal-Knisja. Hawnhekk il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi għandha tagħti s-sehem tagħha.
- Anki l-Liturġija għandha twassal għad-Djakonija għax l-esperjenza li nagħmlu fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, b’mod partikolari fl-Ewkaristija, inwettquha konkretament fil-laqgħa tagħna ma’ Kristu fil-fqir li qed ibati. “Jekk irridu niltaqgħu tassew ma’ Kristu, hemm bżonn li mmissu l-ġisem tiegħu f’dak kollu ġrieħi tal-foqra, bħala twettiq tax-xirka sagramentali li nkunu irċevejna fl-Ewkaristija.” (Messaġġ ta’ Papa Franġisku għal Jum Dinji tal-Foqra 2017).
- Il-Papa Franġisku qed jistedinna biex ikollna post preferenzjali għall-foqra. Dan kien diġà ġie ppropost fis-Sinodu Djoċesan (1999-2003): “L-imħabba preferenzjali għandha tingħata lill-fqar. Din l-għażla għandha ssir parti integrali mill-ħajja tal-Knisja.” (Djakonija u Ġustizzja 9)
- Xi tfisser “post preferenzjali għall-fqar”? “L-ewwel nett titlob minna li nkunu ‘Knisja tal-fqar’. Il-Knisja għandha tkun ġemgħa, imsejħa minn Kristu, fejn il-foqra jkollhom post speċjali, leħen u dar fejn jiskopru t-triq u l-appoġġ lejn il-ħelsien tagħhom. (Djakonija u Ġustizzja 9)
- Il-Papa Franġisku qed joffrilna diversi ideat ta’ kif dan nistgħu nilħquh.
a) Il-fqar għandhom x’jgħallmuna. Bit-tbatijiet tagħhom huma jiltaqgħu ma’ Kristu li jbati.Hemm bżonn li inħalluhom jevanġelizawna – inpoġġu l-fqar fiċ-ċentru tal-komunità Nisranija.b) Il-fqar isiru parti integrali mill-komunitajiet tagħna. Nissensibilizzaw lill-Insara biex ikunu qribtal-foqra biex:- Iħossuhom f’darhom
- Iħossu l-attenzjoni tagħna
- Noffrulhom spazji fejn jipparteċipaw fl-istess ħajja tal-komunità
- Niddentifikaw il-foqra fostna , ħalli nagħrfu ukoll l-faqar ġdid
Dan iwassal biex ngħollu l-valur tal-evanġelizzazzjoni.c) Ma nistgħux nabbandunaw l-fqar bl-iskuża li għandna responsabilitajiet oħra. Din tagħna magħandhix tkun xi prattika tajba ta’ kull tant biex inserrħu l-kuxjenza tagħna. Is-‘solidarjetà’tilfet il-qawwa tagħha. Tfisser wisq aktar minn xi azzjoni ta’ ġenerosità. Titlob li noħolqumentalità ġdida billi l-prijorità tkun il-ħajja ta’ kulħadd flimkien.8. Dan ser nippruvaw naslu għalih billi matul dawn it-tliet snin:a) Nisimgħu lill-fqar: fl-istrutturi eżistenti fejn qed nagħtu servizz u fil-parroċċi noħolqu djalogumal-foqra fejn ikunu huma li jagħtuna l-proposti tagħhom. Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Foqratas-sena 2018 tiġi organizzata Konferenza Djoċesana bil-parteċipazzjoni tal-foqra.b) Inħossu għall-fqar: li noħolqu kuxjenza dwar il-fqar billi d-Dokument tas-Sinodu Djoċesannarawh fid-dawl tat-tagħlim ta’ Papa Franġisku u nippreżentawh fl-istrutturi djoċesani uparrokkjali, minn fejn noħorġu dokument aġġornat sa l-aħħar tas-sena 2018.c) Nintegraw lill-fqar: Minn issa nibdew nintegrawhom fil-qalba tal-komunità Nisranija billi,bħala proġett pilota, nieħdu tliet parroċċi u naraw li jsir eżerċizzju ta’ kif il-foqra jieħdu postċentrali fil-komunità. Minn dak li nitgħallmu minn dawn it-tliet parroċċa inkomplu fuqparroċċi oħra. -