L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Minn hawnhekk nieħu l-opportunità biex nifraħ lid-Dami u lill-Kavallieri, lill-Ekleżjastiċi li llum ġew immarkati b’mod ġdid bis-sinjal imqaddes tas-salib. Is-salib huwa sinjal t’umiljazzjoni, imma wkoll sinjal ta’ mħabba kbira u għaliex sinjal ta’ mħabba kbira huwa wkoll sinjal tal-qawwa tal-imħabba, tat-trijonf tat-tajjeb fuq il-ħażin.

Bil-mewt tiegħu fuq is-salib, Ġesù ttrasforma dan il-mezz aħrax tal-eżekuzzjoni kapitali f’sinjal ta’ glorja. Intom u tħaddnu s-salib imqaddes, ħames slaleb, li tradizzjonalment ifakkru l-ħames pjagi tal-Mulej, imma wkoll il-vokazzjoni li l-imħabba li Ġesù wriena minn fuq is-salib, tasal sal-erbat itruf tad-dinja. Li t-trufijiet tad-dinja, l-erba’ trufijiet kif inħobbu ngħidu bil-Malti, ikunu mmarkati bis-salib. Is-salib tan-nofs huwa l-imħabba ta’ Ġesù, l-erba’ slaleb imħaddnin bis-salib il-kbir huma l-erba’ trufijiet tad-dinja. 

Intom il-missjoni tagħkom hi li, tkunu fejn tkunu qiesu,  twasslu l-imħabba li Ġesù wriena minn fuq is-salib, u li l-Missier wettaq fil-qawmien tiegħu mill-imwiet, tasal sat-trufijiet tal-art. 

Qegħdin issiru Dami u Kavallieri fil-festa ta’ San Franġisk u din il-ħaġa nixtieqkom li tibqgħu tiftakruha. Qegħdin issiru membri sħaħ tal-Ordni tas-Santu Sepulkru fil-festa ta’ qaddis li l-ħolma tiegħu kienet li jkun kavallier. Kavallier vittorjuż fil-battalji kontra Perugia, meta safa priġunier u beda jaqra l-evanġelju bil-moħbi u skopra li seta’ jkun kavallier ta’ re li ma jmutx, imma li hu ħaj. Intom kavallieri ta’ dan is-sinjur. Bħala kavallier, Francesco t’Assisi, iżżewweġ mad-‘donna povertà’. Użaw il-ġid li l-Mulej iberikkom bih biex tagħmlu karità. U llum għandkom il-vokazzjoni wkoll li tgħinu lill-Palestina, lill-Art Imqaddsa; tgħinu lill-popli tturufnati bil-mibegħda u l-vjolenza. Ftakru wkoll intom li qed issiru kavallieri, f’din il-vokazzjoni li tgħinu l-Art Imqaddsa fis-sitwazzjonijiet traġiċi, orribbli, terrifikanti li qegħdin ngħixu fihom. Dak kollu li tistgħu tagħmlu biex tgħinu lill-Patrijarka Latin ta’ Ġerusalemm, il-Kardinal Pierbattista Pizzaballa, u l-Opri kollha tal-karità li tmexxi l-kustodja Terrae Sanctae, jkun proprju att ta’ karità immensa. Qatt daqs f’dan iż-żmien ma huwa meħtieġ li aħna nkunu ġenerużi mal-Art Imbierka bil-preżenza ta’ Ġesù u ta’ Marija, tal-Appostli, ta’ tant qaddisin f’dan il-mument storiku. 

Vorrei ricordare la visita di San Francesco, di cui oggi commemoriamo la festa, in Terra Santa nel lontano 1220. L’anno prima, nel 1219, aveva fatto l’incontro con il Sultano Musulmano al-Malik e ha così cominciato un dialogo di rispetto con l’Islam, di cui noi abbiamo tanto bisogno oggi. Ha proseguito il suo pellegrinaggio in Terra Santa, e là è nata  la presenza dei Francescani, e dopo un secolo la Santa Sede ha riconosciuto la Custodia Terrae Santae come presenza che nutre i luoghi sacri ma anche la popolazione. In tempi più recenti la Sante Sede ha ricostruito il Patriarchiato Latino di Gerusalemme e voi siete diventati collaboratori stretti nella carità, nella solidarietà con il Patriarchiato Latino di Gerusalemme. Vi chiedo di essere vicini alla popolazione Cristiana in Terra Santa. Il momento presente è tragico, è molto, molto difficile. C’è una politica che vorrebbe togliere ogni vestigio cristiano dalla Terra Santa. La nostra solidarietà è veramente necessaria e importante.

On the feast of St. Francis, I would like to encourage you to dedicate your lives, according to your profession, for the help of the poor. In a few days’ time, Pope Leo will give us an important word about how the poor are an important part of the life of the church. The words of Jesus are very clear: ‘You will always have the poor with you’. And since we are going to have the poor all the time with us, there is no excuse; we need to be that helping hand, that heart full of compassion and mercy. As you carry the cross of Jerusalem, with dignity and humility, remember that it is a mark of great love and a vocation to love. 

✠ Charles Jude Scicluna
    Archbishop of Malta


Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Bar 4:5-12,27-29
Salm: 68 (69):33-35,36-37
L-Evanġelju: Lq 10:17-24