• **

    Direttur: Tim Miller
    Atturi: Ryan Reynolds, Morena Baccarin, Ed Skrein, T.J. Miller
    Ħin: 108 minuti
     
    Maħruġ minn KRS Releasing Limited
     
    Klassifika tal-Gvern: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18
     
    Qabel ma’ jinbidel  f’merċenarju ikreħ u ċiniku msejjaħ Deadpool, Wade Wilson ikun merċenarju li jqatta’ ħafna ħin f’bar, li jużah bħala paraventu fejn sieħbu, il-barman Weasel, minbarra li jbiegħ il-birra, jgħaddi wkoll minn taħt armi tan-nar lill-klijenti tiegħu. Hawn Wade jiltaqa’ ma’ prostituta ħelwa jisimha Vanessa Carlysle, u malajr isiru jħobbu lil xulxin. Imma l-kuntentizza tagħhom ftit iddum għax wara ftit Wade jirċievi l-aħbar li għandu kanċer terminali. L-unika tama għalih hija li jħalli lil Ajax, xjenzat sadist, iwettaq fuqu esperiment biżarr. Ajax iġiegħel lil Wade joqgħod għal serje ta’ proċeduri dejjem aktar diffiċli u ta’ uġieħ biex jipprova jġib mutazzjoni ġenetika fih li teħilsu mill-kanċer. Il-kura tirnexxi iżda tħalli lil Wade b’wiċċhu mħassar. Issa li kiseb il-kapaċita’ li jfejjaq lilu nnifsu u sar kważi mmortali, Wade ma jridx juri l-wiċċ ikreħ li għandu issa; għalhekk jilbes libsa  tal-lastku ħamra u sewda u jieħu l-isem ta’ Deadpool. U jibda jivvendika ruħhu minn kull għamillu l-ħsara u minn kull min ifettillu.
     
    Film t’avventura u fantaxjenza minn Marvel Enterprises. Film b’ħafna azzjoni u pass mgħaġġel, li jiffoka fuq il-protagonist, Ryan Reynolds fil-parti ta’ Wade Wilson u Deadpool. Il-film fih xeni sesswali, ħafna vjolenza, u  kliem doppju sens u ħażin. Jgħodd għal udjenza adulta.