John 12,44-50

Jesus declared publicly: Whoever believes in me believes not in me but in the one who sent me, and whoever sees me, sees the one who sent me. I have come into the world as light, to prevent anyone who believes in me from staying in the dark any more. If anyone hears my words and does not keep them faithfully, it is not I who shall judge such a person, since I have come not to judge the world, but to save the world: anyone who rejects me and refuses my words has his judge already: the word itself that I have spoken will be his judge on the last day. For I have not spoken of my own accord; but the Father who sent me commanded me what to say and what to speak, and I know that his commands mean eternal life. And therefore what the Father has told me is what I speak.

The Saint of the day: St Mary of Cleofe



Ġwann 12,44-50

Ġesù għolla leħnu u qal: “Min jemmen fija jkun qiegħed jemmen mhux fija imma f’min bagħatni; u min jara lili jkun qiegħed jara lil min bagħatni. Jiena huwa d-dawl li ġejt fid-dinja biex kull min jemmen fija ma jibqax fid-dlam. Min jisma’ kliemi u ma jħarsux, jiena ma nagħmilx ħaqq minnu, għax jien ma ġejtx biex nagħmel ħaqq mid-dinja, iżda biex insalva d-dinja. Min imaqdar lili u ma jilqax kliemi, hemm min jagħmel ħaqq minnu:  il-kelma li jiena għedt; tkun hi li tagħmel ħaqq minnu fl-aħħar jum. Għax jien ma għedt xejn minn moħħi, imma kien dak li bagħatni, jiġifieri l-Missier, li ordnali xi ngħid u nitkellem. U jiena naf li l-ordni tiegħu hija l-ħajja ta’ dejjem. Dak li ngħid jien, ngħidu kif qalli l-Missier.”

Il-Qaddis tal-jum: Santa Marihata’ Kleofe