• ***

    Direttur: Oliver Parker
    Atturi: Toby Jones, Catherine Zeta-Jones, Bill Nighy
    Ħin: 100 minuti
     
    Maħruġ minn KRS Releasing Limited
     
    Klassifika tal-Gvern: PG
    Klassifika tal-Knisja: 12A
     
    Fl-1944, hekk kif it-Tieni Gwerra Dinjija tkun waslet qrib it-tmiem tagħha, f’Walmington-on-sea, raħal qrib il-baħar fin-nofs inhar tal-Ingilterra, Capt. Mainwaring huwa l-kaptan ta’ platoon ta’ suldati voluntiera, xi wħud anzjani u xi wħud żgħażagħ li ma’ setgħux jingaġġaw fl-army propja. Ilkoll għandhom l-impjieg tagħhom matul il-jum, iżda matul il-lejl jagħmluha ta’ suldati kif jafu. Meta titfaċċa Rose, ġurnalista fuq tagħha, tant tiġbidhom u jissaħħru warajha li ma jintebħux li fil-fatt dik hija l-ispjun tan-Nażi li l-kolonel tal-post kien avżhom biex joqgħodu attenti għaliha.
     
    Film kummiedja. Huwa bbażat fuq is-serje televiżiva ingliża li kienet populari ħafna fis-snin 60. Fih sitwazzjonijiet li jdaħqu għalkemm ibgħati ftit minn script fqir. Il-film fih xi kliem ħażin u doppju sens u xi xeni mbarazzanti. Jgħodd għal tfal minn 12 il-sena ‘l fuq akkumpanjati mill-ġenituri.