-
Mit-Tnejn 24 ta’ Diċembru 2018, sal-Erbgħa 2 ta’ Jannar 2019 (iż-żewġ ġranet inklużi), il-Kurja tal-Arċisqof u l-uffiċċji tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa. Il-Kurja, il-Caritas u t-Tribunal jiftħu mill-ġdid nhar il-Ħamis, 3 ta’ Jannar 2019.
Nawguraw lilkom u lill-familji tagħkom l-isbaħ xewqat għal Milied qaddis.
-