
L-Isqfijiet ta’ Malta iktar kmieni llum laqgħu fi żjara ta’ korteżija lill-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Alex Borg, fil-Kurja tal-Arcisqof, il-Furjana.
F’din l-ewwel laqgħa, l-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi awguraw lil Dr Borg għall-ħatra tiegħu. L-Arċisqof fakkru fir-responsabbiltà tal-politiku: li jkun qrib in-nies u jisma’ l-weġgħat u l-ħtiġijiet tagħhom.
L-Arċisqof Scicluna saħaq li l-Knisja tibqa’ għas-servizz ta’ kulħadd ġaladarba l-ġid komuni jibqa’ fiċ-ċentru ta’ kull ħidma.




