-
-
Illum fid-Dar Fra Diegu l-Ħamrun, l-Arċidjoċesi u l-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjeta’ Soċjali iffirmaw żewġ ftehim ta’ ħidma flimkien fil-qasam soċjali.
L-ewwel ftehim huwa dwar id-Dar Fra Diegu stess li permezz tiegħu il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesu, flimkien mal-Fundazzjoni għas-Servizzi Soċjali, qed jiżvilluppaw is-servizz residenzjali provdut għal tfal u żgħażagħ u issa se jkun hemm erba’ appartamenti għal dan il-għan.
It-tieni ftehim huwa dwar id-Dar Qalb ta’ Ġesu f’Santa Venera. Bis-saħħa ta’ dan il-ftehim din id-Dar, ukoll flimkien mal-Fundazzjoni għas-Servizzi Soċjali, ser tkompli toffri disa’ appartamenti għall-vittmi ta’ vjolenza domestika u wliedhom fejn ir-residenti ikollhom programm li jgħinhom jerġgħu jirritornaw fil-ħajja normali wara perjondu ta’ żmien.
Preżenti għall-iffirmar kienu preżenti l-Eċċellenza Reverendissima Mons Charles J. Scicluna, l- Amministratur Appostoliku tal-Arċidjoċesi u Dr Michael Farrugia, Ministru tal-Familja u Solidarjeta’ Soċjali. -
-
-
Photos: Photocity
www.photocitymalta.com
-