Il-Kummissjoni Emigranti tixtieq tavża li l-Ewwel Tqarbina u l- Grizma tal-Isqof għall-ulied ta’ emigranti Maltin matul ix-xhur tas-sajf se jinżammu f’dawn il-ġranet:
L-Erbgħa 27 ta’ Lulju u l-Erbgħa 24 ta’ Awwissu
L-Kummissjoni Emigranti tavża li biex ulied l-Emigranti jkunu jistgħu jersqu għal dawn is-Sagramenti jkun meħtieġ:
- li t-tfal ikollhom seba’ snin magħluqa għall-Ewwel Tqarbina u tnax il-sena magħluqa għall-Griżma tal-Isqof.
- li jippreżentaw iċ-ċertifikati:
- tal-Magħmudija
- tal-Ewwel Tqarbina jekk tkun ser issir il-Griżma
- permess bil-miktub tal-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom barra minn Malta.
- ċertifikat ta’ attendenza tal-kors preparattiv għas-sagrament li jkunu ser jagħmlu.
- barra dan kemm it-tfal kif ukoll il-ġenituri huma mistennija jattendu għal-laqgħat li jinżammu f’ Dar l-Emigrant, Valletta
Il-Kummissjoni Emigranti ma taċċettax li jersqu tfal għal dawn is-Sagramenti bla preparazzjoni u bla permess tal-Kappillan tal-parroċċa tagħhom barra minn Malta.
Il-ġenituri li taħt dawn il-kundizzjonijiet jixtiequ li wliedhom jersqu għas-Sagrament tal-Ewwel Tqarbina jew/u tal-Griżma għandhom japplikaw sal-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju.
Għal aktar informazzjoni ċempel jew ikkuntattjawna fuq l-indirizz tal-email indikat.