-
-
Il-Kummissjoni Emigranti tixtieq tavża li l-Ewwel Tqarbina u l- Grizma tal-Isqof għall-ulied ta’ emigranti Maltin matul ix-xhur tas-sajf se tinżamm nhar:
L-Erbgħa 29 ta’ Lulju
L-Kummissjoni Emigranti tavża li biex ulied l-Emigranti jkunu jistgħu jersqu għal dawn is-Sagramenti jkun meħtieġ:
1. li t-tfal ikollhom seba’ snin magħluqa għall-Ewwel Tqarbina u tnax il-sena magħluqa għall-Griżma tal-Isqof.
2. li jippreżentaw iċ-ċertifikati:
- tal-Magħmudija
- tal-Ewwel Tqarbina jekk tkun ser issir il-Griżma
3. permess bil-miktub tal-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom barra minn Malta.
4. Ċertifikat ta’ attendenza tal-kors preparattiv għas-sagrament li jkunu ser jagħmlu.
5. barra dan kemm it-tfal kif ukoll il-ġenituri huma mistennija jattendu għal-laqgħat li jinżammu f’ Dar l-Emigrant, Valletta
Il-Kummissjoni Emigranti ma taċċettax li jersqu tfal għal dawn is-Sagramenti bla preparazzjoni u bla permess tal-Kappillan tal-parroċċa tagħhom barra minn Malta.
Il-ġenituri li taħt dawn il-kundizzjonijiet jixtiequ li wliedhom jersqu għas-Sagrament tal-Ewwel Tqarbina jew/u tal-Griżma għandhom japplikaw sal-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju.
Għal aktar informazzjoni ċempel jew ikkuntattjawna fuq l-indirizz tal-email: [email protected] jew 21222644/21240255/21232545.