-
Ir-Regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika 2015-2016 ġew ippublikati fuq
il-website tal-Knisja f’Malta, www.thechurchinmalta.org.
B’kollox ser ikun hemm total ta’ 1,548 postijiet vakanti. L-applikazzjonijiet ser isiru f’diversi skejjel tal-knisja bejn Novembru u Frar. Min ser japplika għandu jieħu miegħu d-dokumenti meħtieġa u l-applikazzjoni timtelà dakinhar stess. Lista tad-dokumenti meħtieġa, u l-ġranet meta wieħed għandu jmur japplika u fejn, huma mniżżla fir-Regolamenti. Dawk li ser japplikaw bħala ‘każijiet serji’ għandhom isegwu l-istruzzjonijiet imniżżla fir-Regolamenti tal-każijiet serji.
Il-proċess tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta jiddetermina d-dħul fl-ewwel u t-tieni sena kindergarten, fl-ewwel sena primarja u fl-ewwel sena sekondarja.
In-numru ta’ postijiet vakanti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja fis-sena skolastika 2015-2016 huwa:
Sena
Postijiet Vakanti
Subien
Postijiet Vakanti
BnietL-ewwel sena kindergarten 64 91 It-tieni sena kindergarten 131 295 L-ewwel sena primarja 422 247 L-ewwel sena sekondarja 252 46 TOTAL869 679 Mit-total ta’ 1,548, xi postijiet ser jingħataw lil tfal ikkunsidrati bħala każijiet serji li għalihom hemm regolamenti speċifiċi. Il-każijiet serji jagħmlu applikazzjoni aktar dettaljata u jsegwu proċess paralleli għall-applikazzjonijiet l-oħra. L-applikazzjonijiet għall-każijiet serji ser jibdew f’Novembru u jkomplu f’Jannar. Aktar dettalji tar-Regolamenti tal-każijiet serji jinsabu fuq il-websajt tal-Knisja f’Malta.
Proċeduri dwar il-ksur ta’ dawn ir-regolamenti qed jiġu ppublikati fuq knisja.org/ChurchSchools.
Ksur ta’ dawn ir-Regolamenti jista’ jwassal għall-esklużjoni mill-iskola tat-tfal involuti.Aktar dettalji jinkisbu mir-Regolamenti li jinsabu fuq il-websajt tal-Kurja fil-paġna: knisja.org/ChurchSchools