Fl-okkażjoni tal-Ġublew tat-Tama u l-100 sena mill-Kanonizzazzjoni ta’ San Ġwann Eudes,  is-Sorijiet tal-Bon Pastur f’Ħal Balzan se jiċċelebraw dawn iż-żewġ avvenimenti nhar il-25 ta’ Settembru fis-7:30pm, permezz ta’ mixja mill-ġnien tas-Sorijiet lejn il-Knisja tal-Bon Pastur, fejn hemmhekk issir quddiesa ċċelebrata mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi. L-għada sat-30 ta’ Settembru, se ssir adorazzjoni Ewkaristika kuljum mis-6pm sat-8pm fil-Knisja tal-Bon Pastur. Kuljum ikun hemm saċerdot preżenti għar-rikonċiljazzjoni.

Aktar ’il quddiem, bejn it-8 u l-10 ta’ Diċembru, Patri Michel Amouraux, Superjur Ġenerali tal-Patrijiet Ewdisti, ser imexxi seminar bl-Ingliż dwar l-Ispiritwalità Ewdista. Waqt is-seimar issir traduzzjoni għall-Malti. Is-seminar se jsir fis-Sala Families for Christ u kuljum jibda wara quddiesa fis-6pm.

Din iċ-ċelebrazzjoni hija stedina għall-komunità kollha biex tagħmel esperjenza ta’ tiġdid spiritwali permezz tal-pellegrinaġġ, l-adorazzjoni u l-formazzjoni.