Press Releases

The Archbishop to ordain four new priests

  • Il‑Knisja f’Malta tifraħ filwaqt li tirringrazzja lil Alla għall‑ordinazzjoni ta’ erba’ saċerdoti. L‑ordinazzjoni presbiterali ta’ dawn id‑djakni djoċesani ser issir nhar is‑Sibt, 27 ta’ April 2019, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fid‑9:30 a.m. L‑erba’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna huma:

    • Peter Ellul mill‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta
    • Jean Gové mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta
    • Aayrton Ray Muscat mill‑Parroċċa ta’ Santa Luċija, l‑Imtarfa
    • Matthew Pulis mill‑Parroċċa tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin

    Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑ordinazzjoni presbiterali u biex jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall‑qdusija tas‑saċerdoti, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati saċerdoti nhar is‑Sibt li ġej…

  • Read more »

The Archbishop baptises eight adults from seven different countries

Illejla, waqt il‑Vġili Solenni tal‑Qawmien tal‑Mulej mill‑Imwiet fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra s‑Sagramenti tad‑Dħul fil‑Ħajja Nisranija (Magħmudija, Griżma u Tqarbin) lil tmien katekumeni, jiġifieri persuni li f’età adulta jagħżlu l‑ħajja Nisranija.

It‑tmien adulti, li llejla b’dawn is‑sagramenti ser isiru wlied Alla u membri ġodda tal‑Knisja Kattolika, huma minn seba’ pajjiżi differenti: Malta, iċ‑Ċina, l‑Ungerija, Spanja, ir‑Repubblika Ċeka, ir‑Russja u t‑Turkija… Read more »

Washing of feet ceremony by Archbishop Charles J. Scicluna

Kull mexxej għandu jiftakar f’dan il-ġest ta’ Ġesù – l-Arċisqof http://bit.ly/2IeGNVQ L-Arċisqof jaħsel ir-riġlejn http://bit.ly/2GprQQ7

Din is‑sena f’Ħamis ix‑Xirka filgħaxija, waqt it‑Tifkira Solenni tal‑Ikla tal‑Mulej fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jaħsel riġlejn 16‑il persuna li ħafna minnhom missew mas‑servizzi li Caritas Malta toffri lis‑soċjetà. Dawn jinkludu:

  • ġenituri ta’ wlied li għamlu programm ta’ rijabilitazzjoni mid‑droga fi ħdan Caritas,
  • romol u separati,
  • klijenti u voluntiera ta’ Caritas, u
  • koppji miżżewġa mill‑parroċċi tal‑Iklin u ta’ Santa Luċija li fihom saret Viżta Pastorali matul l‑aħħar xhur…
  • Read more »

Watch: Holy Week 2019 at St John’s Co-Cathedral

  •  

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna jistieden lill‑Insara biex jieħdu sehem fiċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑Ġimgħa Mqaddsa li matulhom l‑Knisja Kattolika tfakkar il‑passjoni, il‑mewt u l‑qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu. Jistieden ukoll lill‑Insara jattendu għaċ‑ċelebrazzjonijiet li ser jippresiedi fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

    Nhar il‑Ħadd li ġej, 14 ta’ April, il‑Knisja tagħti bidu għall‑Ġimgħa Mqaddsa biċ‑ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il‑Palm u l‑Passjoni tal‑Mulej…

  • Read more »

2019 Diocesan Via Sacra

  •  

  • Il-Via Sacra Djoċesana mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna ser issir nhar l-Erbgħa, 17 ta’ April 2019. Il-Via Sacra tibda fis-7:00 p.m. minn ħdejn l-istatwa ta’ Kristu Re (quddiem il-lukanda Phoenicia), u tintemm quddiem il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    It-test li se jinqara matul il-Via Sacra ta’ din is-sena huwa adattament tal-Via Sacra li l-Papa Franġisku mexxa s-sena l-oħra fil-Kolossew, f’Ruma, fil-Ġimgħa l-Kbira…

  • Read more »

“We welcome the figure of the President of the Republic as a symbol of our national unity” – The Archbishop

Mass For Our Country on the inauguration of the President of the Republic of Malta, H.E. Dr George Vella

  • 
  • Homily by Archbishop Charles J. Scicluna

     

  • St John’s Co-Cathedral, Valeltta
    4th April 2019

    Your Excellency, President Marie–Louise Coleiro Preca,
    Your Excellency, President Elect Dr George Vella and Mrs Vella,
    Honourable Prime Minister and Mrs Muscat,
    Honourable President of the House of Representatives and Mrs Farrugia,
    Honourable Ministers Members of the Cabinet,
    Honourable Members of Parliament,
    Honourable Chief Justice and Members of the Judiciary and the Bench,
    Distinguished guests,
    Brother Bishops,
    Rev…

  • Read more »

Maltese Bishops congratulate Bishop-elect of Santiago Apóstol de Huancané in Perù

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna, l‑Isqof Mario Grech u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi jifirħu lil Patri Giovanni Cefai M.S.S.P., għall‑ħatra mill‑Papa Franġisku bħala l‑ewwel Isqof tal‑Prelatura Territorjali l-ġdida ta’ Santiago Apóstol de Huancané, fil‑Perù. Dan it-territorju jifforma parti mill-Arċidjoċesi ta’ Arequipa.

    L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex jingħaqdu fit‑talb għall‑Isqof‑elett biex il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna f’din il‑missjoni ġdida bħala suċċessur tal-Appostli…

  • Read more »

Liturgical celebrations to be led by Archbishop Charles J. Scicluna in April 2019

  • Il‑Ħamis 4 ta’ April 2019, fl‑10:00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Solenni tal‑Inawgurazzjoni tal‑President George Vella fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Il‑Ġimgħa 12 ta’ April, Jum id‑Duluri, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jieħu sehem f’purċissjoni bl‑istatwa ta’ Marija Addolorata, li tibda mill‑Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il‑Belt Valletta…

  • Read more »

Opening of the case for beatification and canonisation of Brother Louis Camilleri F.S.C.

    • Il‑Knisja f’Malta se tagħti bidu għall‑kawża tal‑beatifikazzjoni u l‑kanonizzazzjoni tal‑Qaddej ta’ Alla, Bro. Louis Camilleri F.S.C. Dan wara li l‑Arċisqof Charles J. Scicluna laqa’ t‑talba ta’ Bro. Rodolfo Cosimo Meoli, Postulatur Ġenerali tal‑Ordni tal‑Aħwa tal‑Iskejjel Insara, biex jitwaqqaf tribunal li jisma’ l‑kawża tiegħu. Dan se jsir nhar il‑Ħadd, 31 ta’ Marzu 2019, fil‑11:00 a.m, waqt ċelebrazzjoni u Quddiessa mmexxija mill‑Arċisqof fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta…

  • Read more »

‘Boost’ for Catholic youth in Malta

  • Madwar 130 żagħżugħ u żagħżugħa pparteċipaw f’seminar ta’ ġurnata bl‑isem ta’ ‘Boost’, li ġie organizzat mill‑entità tal‑Knisja għaż‑żgħażagħ ‘MCYN’ (Malta Catholic Youth Network). L‑attività saret f’Esplora, iċ‑Ċentru tax‑Xjenza Interattiva, f’Bighi.

    L‑għan tas‑seminar kien li ż‑żgħażagħ ikollhom l‑opportunità jiddiskutu temi attwali u jaqsmu l‑esperjenzi ta’ kif iwasslu l‑fidi lil żgħażagħ oħra biex ikunu missjunarji tal‑Bxara t‑Tajba. Għas‑seminar attendew żgħażagħ u youth leaders impenjati fil‑Knisja minn diversi gruppi taż‑żgħażagħ f’Malta u Għawdex…

  • Read more »