Press Releases

Updated times for prayers from the Curia

L‑Uffiċċju Komunikazzjoni tal‑Kurja tal‑Arċisqof jixtieq javża li ġew aġġornati l‑ħinijiet ta’ talb li qed jixxandar fuq TVM2, il‑website uffiċjali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Knisja.mt u n‑newsportal Newsbook.com.mt.

Mit‑Tnejn sal‑Ħadd ser tixxandar Quddiesa kuljum fid‑9:30 a.m. Is‑Sibt tixxandar Quddiesa oħra mis‑Santwarju Ta’ Pinu, Għawdex, fis‑6:30 p.m.

Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa ser jixxandar ukoll Rużarju fil‑5:30 p.m.

Dawn il‑bidliet fil‑ħinijiet jidħlu fis‑seħħ minn għada s‑Sibt 14 ta’ Marzu… Read more »

General notice and helpline

Minn għada s‑Sibt 14 ta’ Marzu, il‑Kurja tal‑Arċisqof, inkluż l‑Uffiċċju Żwiġijiet u l‑uffiċċju ċentrali tal‑Caritas, u t‑Tribunali Ekkleżjastiċi fil‑Belt Valletta, se jkunu magħluqin għall‑pubbliku. Dan qed isir bħala miżura ta’ prekawzzjoni li tħares is‑saħħa u s‑sigurtà kemm tal‑pubbliku kif ukoll tal‑impjegati.  

Għalhekk, il‑Kurja qed tniedi helpline għal dawk li jkollhom xi mistoqsijiet urġenti relatati mal‑ħidma tal‑Arċidjoċesi. In‑numru 79241281 se jibda jopera minn għada s‑Sibt, bejn id‑9:00 a.m… Read more »

Bishops’ directives regarding Mass – 12/03/20

Christians are invited to join in prayer and avoid going out in accordance with the advice given by the health authorities

Wara konsultazzjoni mal‑awtoritajiet tas‑saħħa, l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qegħdin iwaqqfu l‑funzjonijiet reliġjużi kollha, inkluż il‑Quddies ta’ kuljum u ta’ nhar ta’ Ħadd, u l‑katekeżi tat‑tfal, fl‑Arċidjocesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex. Għalhekk, l‑Isqfijiet qegħdin jagħtu lill‑Insara dispensa mill‑obbligu tal‑Quddies ta’ nhar ta’ Ħadd. Din il‑miżura ta’ prekawzjoni tidħol fis‑seħħ b’effett immedjat u qed tittieħed għall‑ġid komuni u biex jiġu mħarsa b’mod speċjali dawk l‑aktar vulnerabbli… Read more »

Prayers broadcast from the Archbishop’s Curia

Christians are invited to join in prayer and avoid going out according to the advice given by the health authorities

Il‑Kurja tal‑Arċisqof ser tibda xandiriet regolari biex l‑Insara kollha jkunu jistgħu jingħaqdu fit‑talb u jevitaw li joħorġu minn djarhom skont il‑pariri mogħtija mill‑awtoritajiet tas‑saħħa.

Dawn ix‑xandiriet ser isiru mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana, u ser jixxandru fuq TVM2, il‑website uffiċjali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Knisja.mt u n‑newsportal Newsbook.com.mt.

Għada, il‑Ġimgħa 13 ta’ Marzu f’nofsinhar, l‑Arċisqof Charles J… Read more »

Church property in Safi to be transformed in a centre for persons with dementia

Another social agreement between the Church and the Government of Malta

  Ħal Safi

Proprjetà tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fil-parroċċa ta’ Ħal Safi, ingħaddiet lid-Direttorat għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex jitwaqqaf ċentru ta’ matul il-jum għal persuni li jbatu mid-dimensja, nhar it-Tlieta 3 ta’ Marzu 2020. Dan iċ-ċentru se jservi wkoll ta’ xelter għall-anzjani u għal dawk li jbatu mid-dimensja biex ma jitħallewx weħidhom filgħaxija u matul il-lejl. Iċ-ċentru se jkun l-ewwel wieħed f’Malta li joffri servizz għal matul il-ġurnata u bil-lejl… Read more »

Liturgical celebrations to be led by Archbishop Charles J. Scicluna in March 2020

Il‑Ħadd 1 ta’ Marzu, fil‑5:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi pellegrinaġġ penitenzjali u jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni ta’ Ħadd in‑Nies, Ħaż‑Żabbar.

It‑Tnejn 2 ta’ Marzu, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jagħti l‑Ministeru tal‑Lettorat lil żewġ seminaristi, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù.

Il‑Ġimgħa 13 ta’ Marzu, festa ta’ Ġesù Nazzarenu, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi pellegrinaġġ penitenzjali mill‑Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris sal‑Knisja Parrokkjali ta’ Ġesù Nazzarenu, tas‑Sliema, fejn wara jiċċelebra Quddiesa… Read more »

A choir for the visit of Pope Francis to Malta

Bi tħejjija għall-Vjaġġ Appostoliku tal‑Papa Franġisku f’Malta ser jitwaqqaf kor biex janima Quddiesa li ser issir fuq il-Fosos tal-Furjana nhar Għid il-Ħamsin, il-Ħadd 31 ta’ Mejju 2020. 

Il-kor ser ikun iffurmat minn tfal u adulti, u ser ikun taħt it‑tmexxija ta’ Mro Christopher Muscat, Maestro di Cappella tal‑Katidral Metropolitan u Direttur Mużikali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Tfal u adolexxenti bejn id‑9 u l‑14‑il sena għandhom japplikaw għall-kor tat-tfal filwaqt li dawk minn 15-il sena ’l fuq japplikaw mal-adulti… Read more »

The Season of Lent

Ritratt: Vatican Media

Għada l‑Erbgħa, 26 ta’ Frar 2020, il‑Knisja tagħti bidu għar‑Randan Imqaddes: 40 jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑Passjoni, il‑Mewt u l‑Qawmien mill‑mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. 

Bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa Franġisku fostna f’Pentekoste, din is-sena l-Isqfijiet qed iħeġġu lill-Insara biex jirriflettu wkoll fuq it-tagħlim tal-Papa, b’mod partikolari fuq l-ewwel Eżortazzjoni Appostolika tiegħu ‘Evangelii Gaudium’ (Il-Ferħ tal-Evanġelju). Din l-eżortazzjoni tfakkarna li l-ferħ veru jinstab fil-laqgħa ma’ Kristu Rxoxt, li jfejjaq minn kull xorta ta’ mard personali u fil-komunitajiet tagħna, u għalhekk dawk li jduqu mill-fejqan u l-ferħ tiegħu jimtlew bil-ħeġġa biex ixandruh ma’ kulħadd… Read more »

Maltese Bishops attend a conference in Bari on migration and peace in the Mediterranean

  Bari, Italy

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi jinsabu f’Bari, l‑Italja, għall‑konferenza bit‑tema ‘Il‑Mediterran fruntiera ta’ paċi’.

Għal din il‑laqgħa hekk imsejħa ta’ riflessjoni u spiritwalità ser jattendu madwar 60 isqof minn 20 pajjiż tal‑Mediterran fl‑Ewropa, l‑Afrika ta’ Fuq u Lvant Nofsani. L‑immigrazzjoni hija waħda mit‑temi prinċipali ta’ din il‑konferenza li ser tiddiskuti wkoll l‑evanġelizzazzjoni taż‑żgħażagħ, l‑isfida tal‑qagħad u l‑paċi fir‑reġjun.

Il‑laqgħa f’Bari, li qed tiġi organizzata mill‑Konferenza Episkopali Taljana (CEI), tibda llum u tintemm il‑Ħadd 23 ta’ Frar… Read more »

Let us welcome Pope Francis with an open heart – Pastoral Letter by the Bishops

Apostolic Journey to Malta by his Holiness Pope Francis

Dear brothers and sisters,

It is with great joy that we welcome the news that His Holiness Pope Francis will visit Malta on the 31st May 2020, the Solemnity of Pentecost.

Last January, in his meditation on the passage from the Acts of the Apostles that narrates St Paul’s shipwreck on Malta, Pope Francis had beautiful words for the Maltese people who welcomed Paul and all those on the ship… Read more »