Pope Francis: Call on and welcome the Lord in life’s storms
14/08/2023Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!
Illum l-Evanġelju jirrakkuntalna miraklu partikolari ta’ Ġesù. Billejl, Hu jimxi fuq l-ilma tal-għadira tal-Galilija biex jiltaqa’ mad-dixxipli li qed jaqsmu min-naħa għall-oħra bid-dagħjsa (cfr (Mt 14, 22-33). Insaqsu: għaliex għamel hekk Ġesù? Biex jagħmel spettaklu? Le! Allura għaliex? Forsi minħabba xi ħtieġa urġenti u imprevedibbli, biex jgħin lil tiegħu li jinsabu mwaħħlin minħabba r-riħ kontra? Le, iżda għaliex kien Hu li fassal kollox, li qalilhom biex jitilqu billejl u saħansitra – jgħidilna t-test – “ġagħalhom” (cfr v… Read more »