THE PROCESSION OF BABY JESUS
26/12/2009Ninni, la tibkix iżjed, ninni… O lejl ta’ skiet, lejl tal-Milied, Għanja ħelwa… Qed jinfirex mal-widien, leħen l-anġli tas-Smewwiet… in-noti tal-għanjiet tradizzjonali Maltin tal-Milied, fil-jiem li għaddew, u b’mod speċjali fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa dwew madwar it-toroq tal-bliet u l-irħula Maltin hekk kif mijiet ta’ nies akkumpanjaw il-purċissjoni tradizzjonali tal-Milied.
Joe Galea, Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, il-MUSEUM, qal lil IL-ĠENSillum online dil-ġimgħa li l-purċissjoni, mibdija minn San Ġorġ Preca 88 sena ilu, illum issir f’66 lokalità f’Malta u Għawdex u f’ħames postijiet oħra madwar id-dinja… Read more »












